Mill-Vetrina tal-Istudenti: Amy Ferris

Home / Upcoming Events / Mill-Vetrina tal-Istudenti: Amy Ferris
Mill-Vetrina tal-Istudenti: Amy Ferris

Mill-Vetrina tal-Istudenti: Amy Ferris

F’din il-vetrina ser tiltaqgħu ma’ diversi xogħlijiet mill-istudenti tagħna. Huma se jaqsmu diversi aspetti tal-lingwa Maltija f’forom differenti.

Il-qawl tal-ġimgħa

Il-lingwa Maltija hija mżejna b’diversi espressjonijiet idjomatiċi. Dawn jitrattaw tematiċi bħalma huma l-għaġġla, n-nuqqas ta’ ħsieb, id-dinja tal-kuluri, it-temp, ix-xhur u aspetti oħra marbutin ma’ ħajjet il-Malti. Dawn l-espressjonijiet mill-fomm saru parti minn kitbietna għax bihom indunajna kemm il-lingwa hi sinjura u kemm dawn iżejnu ħidmietna.

Amy Ferris studenta tal-ewwel sena ppreżentat qawl Malti permezz tat-tpinġija tagħha! Brava!