Kartolini lin-Nanniet

Home / Past Events / Kartolini lin-Nanniet
Kartolini lin-Nanniet

Kartolini lin-Nanniet

 

Waqt il-lezzjoni tal-Malti tal-ewwel sena sekondarja saret attività ta’ kitba. L-istudenti kitbu, pinġew u ddekoraw kartolini lin-nanniet li jinsabu fid-djar tal-anzjani. Din l-inizjattiva kienet organizzata mit-tim tal-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà. Dawn il-kartolini u l-messaġġi se jitwasslu lill-anzjani għal dan l-istaġun tal-festi.