WYD – Mixja sas-Salib tal-Għolja

Home / Past Events / WYD – Mixja sas-Salib tal-Għolja
WYD – Mixja sas-Salib tal-Għolja

WYD – Mixja sas-Salib tal-Għolja

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Jannar, aħna l-istudenti li tilgħin Lisbona, il-Portugall għal World Youth Day f’Awwissu li ġej, morna mixja mill-Buskett sas-Salib tal-Għolja.

Iltaqajna fl-għaxra ta’ filgħodu, il-Buskett, u bdejna l-mixja minn hemm. Din kienet it-tieni darba li iltqajna biex nippreparaw għall-esperjenza speċjali u differenti li se jkollna fil-Portugall. Kienet ġurnata xemxija b’daqsxejn ta’ żiffa, u għalhekk kienet mixja pjaċevoli ħafna fil-kampanja. Imxejna għal kważi sagħtejn sħaħ, u kulħadd kien kuntent isir jaf lill-oħrajn, jiċċajta, u japprezza l-ambjent sabiħ. Wasalna s-Salib tal-Għolja u ħadna l-aħħar ritratt flimkien biex jiżdied mal-album li qed inħejju. Kien nofstanhar sabiħ fil-kumpanija ta’ xulxin u bdejna ninbnew aħjar bħala grupp biex inkunu dejjem iżjed preparati għall-avventura ta’ WYD 2023.

Nirringrazzjaw lil Ms. Ann Marie, Ms. Marvic, Ms. Mariella, u Fr. Matthew li kienu magħna f’din il-mixja.

 

Anna Lynn Demicoli (Sen 3 Beta) u Elisa Lombardi (Sen 3A)